Din il-paġna tigi aggornata spiss bl-avviżi tal-Parroċċa. Hafna mill-avvizi jkun fuq attivitajiet fuq il-Kalendarju. Minn irrid jista jħalli l-kummenti fuq l-entries.
Minn irrid jara l-avvizi tal-Edituri tal-Website fuq x'materjal sar gdid ricentament fuq dan is-site jafas hawn: Updates fil-Website
| Posted on May 7, 2011 at 12:49 PM |
comments (0)
|
CD gdida li fiha jinsabu migbura Antifoni u Innijiet lil San Gorg Megalomartri flimkien ma' Antifona gdida li zanznet fl-Akkademja Muziko-Letterarja tal-Ghaqna 23 t' April nhar l-4 ta' Meju 2011 f'Għeluq il-25 sena mill-bini tal-Kumpless il-gdid tan-Nar. Din l-Antifona hija fuq muzika tal-Maestro Ray Sciberras. Hudu hsieb li takwistaw kopja bil-prezz ta' 12euro u tkunu qed tghinu fil-progett tad-Damask.
| Posted on March 22, 2011 at 2:38 PM |
comments (1)
|
Kif jafu hafna, se jibda l-progett ta' tibdil tad-damask tal-Knsija. Id-damask se jsir tal palma u l-materjal hu tal-harir. Id-damask, li jinkludi; il-galluni, l-Infora, l-Gmiemen, il-Lazzijiet, u l-Frenza flimkien se jiswew is-somma ta' hamsa u disghin elf ewro.
Kif nista nghin?
Skema 1: Ghal-sentejn tista taghti id-donnazzjoni ta' 10 ewro fix-xhar, li jigu 240 ewro, b'hekk tkun qed thallas nofs pilastru ta' Artal partikulari li tkun tixtieq. L-isem tal-Benifatturi se jitnizel ma lnforra tad-damask.
Skema 2: Min jixtieq jista jhallas pavaljun jew parti mid-damask u tkun l-Benefattur taghhom b'ismek miktub mal-lnforra.
Ghajnuna ohra tkun l-ircevuti fiskali ta' kull xhar jintefghu go kaxxi apposta li qeghdin fejn id-damask. Attivitajiet ohra ta' gbir ta' flus se jkunu biljetti tal-loterijji u l-attendenza waqt attivitajiet li torganizza il-parrocca.
Grazzi lis-Sur Neville Attard ta' din l-informazzjoni u r-Ritratti.
Ghafas fuq ir-ritratt biex tara verzjoni akbar.
| Posted on December 8, 2010 at 4:24 AM |
comments (0)
|

Min Jixtieq jiddownloadja din ir-ricerka ful-Kompjuter tieghu jista jghamel dan billi jghafas hawnek: RICERKA








| Posted on August 6, 2010 at 2:43 PM |
comments (1)
|
Dawk li jixtiequ jagħtu sehem biex jgħinu lil familji oħra jirbħu l-faqar, huma mitlubin ikellmu lill-Arċipriet.

| Posted on August 6, 2010 at 2:41 PM |
comments (0)
|
Infakkrukom li kull nhar ta’ Ħamis, wara l-quddiesa tas-6.00 pm ikollna l-ispjega tal-Vanġelu tal-Ħadd. Nixtiequ li jattendu aktar nies ħalli nidħlu iktar fil-fond tal-Kelma t’Alla.

| Posted on August 6, 2010 at 2:39 PM |
comments (0)
|
Inħeġġu anke liż-żgħażagħ biex jattendu fil-Grupp Link. Barra li jiltaqgħu flimkien, għandhom programm sabiħ għal matul is-sajf. Jiltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa fit-8.00 pm fiċ-Ċentru Parrakkjali. Kellmu lil Dun Ewkarist.

| Posted on June 18, 2010 at 7:15 PM |
comments (0)
|
Ħbieb, jinsab għal bejgħ il-ktieb tal-funzjonijiet kollha li jsiru fil-knisja Arċimatriċi u Arċipretali tal-Patrun tal-Belt Pinto, fis-Solennita' ta' San Ġorġ Martri.
IL KTIEB WASAL ISSA GĦAL BEJGĦ MIN FUQ IZ ZUNTIER U S SAGRISTIJJA GRAZZI.
