
Matul iċ-ċelebrazzjonijiet lil qaddis Patrun tagħna u tal-Belt Pinto - San Ġorġ MegaloMartri ta' Lydda, l-Knisja bil-kliem tar-Ragħajja Spiritwali tagħna stednuna biex flimkien niċċelebraw fit-talb u d-devozjoni ta' dan il-qaddis sabiex hekk kif hu fi Kristu afda, aħna ukoll nagħmlu bħalu.
Wieħed isib post ta' links lokali u min ghandu xi website u jixtieq li inżiduh jibatilna messaġġ fuq il-website bil-forms, Grazzi.
Sib ħin u żur lil Ġesu' Sagramentat.

IT-TLIETA U GĦOXRIN ĦADD MATUL IS-SENA Ċ
5 ta' Settembru 2010
Biex Inkomplu u Naslu Messalin 'C' pp 384
HALLELUJAH
Hallelujah. Hallelujah.
Ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddis tiegħek,
Għallimini l-kmandamenti tiegħek. (Salm 118 (119),135)
Hallelujah.
† L-EVANĠELJU
Ħadd ma jista' jkun dixxiplu tiegħi, jekk ma jitlaqx ġidu kollu
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa. (Lq 16, 25-33)
F'dak iż-żmien, kotra kbira ta' nies kienet miexja ma' Ġesu'.
Hu dar lejhom u qalilhom: "Min jiġi għandi ma
jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil
missieru u 'l ommu u lil martu u lil ulieidu,
'l ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu.
Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.
Għax min minnkom ikun irid jibna torri u ma
joqgħodx bilqiegħda biex l-ewwel nett iqis in-nefqa,
ħalli jara għandux biżżejjed biex iwassal sal-aħħar?
Għax jekk jiġrilu li jqiegħed is-sisien biex imbagħad
ma jkunx jista jtemm il-bini,
Kull min jarah jibda jwjaqqgħu għaċ-ċajt u jgħid:
"Dan il-bniedem beda jibni u ma kellux il-ħila jkompli sa l-aħħar."
Jew liema sultan, li jkun sejjer jagħmel gwerra kontra
sultan ieħor, ma joqgħodx l-ewwel bilqiegħda biex jara jekk
jistax b'għaxart elef raġel iħabbatha ma' min ġej
għalih b'għoxrin elf ruħ għax inkella, meta l-ieħor ikun għadu
'l bogħod, ikollu jibgħatlu ambaxxata biex jitolbu l-ftehim għall-paci.
Hekk ukoll ħadd ma jista' jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx ġidu kollu.
Il-Kelma tal-Mulej
It-Tifħir Lilek Kristu.
Illum qiegħdin niċċelebraw it-23 Ħadd ta' matul is-Sena Liturġika bit-tema 'biex inkomplu u naslu' u għal din l-okkażżjoni għandna silta mill-Evanġelju ta' San Luqa li turina li biex timxi wara l-Mulej Alla tagħna, jeħtieġilna li nagħmlu sagrifiċċji u niċċaħdu minn dak li jista' jbegħdna minnu. M'inhiex ħafina għalina li nisimgħu lil Ġesu' jgħidilna: 'Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħek jekk ma jobgħodx lil missieru u 'l ommu u lil martu u lil uliedu,'l ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu.' Ġesu' dejjem jagħllimna biex inħobbu lil Alla u lil għarjna bħalna infusna, illum qiegħed jgħidilna li biex inkunu dixxipli tiegħu irridu nobgħodu lil kulħadd inkluż lilna nfusna??
Kemm hu iebes il-Mulej illum, aħna li rridu nsegwuH u nimxu miegħu fit-triq li twallaslna għal għand il-Missier! Tassew, ħabib, irridu niċċaħdu minn kollox u minn kulħadd, biex fl-ewwel post fil-qalb tagħna u f'moħħna ikun dejjem HU, il-Mulej Alla tagħna! B'dan il-kliem iebes, il-Mulej irrid jurina li mhux għalkemm tgħid li rrid nimxi warajĦ. Il-Mulej jaf li aħna rridu ngħixu fid-dinja mal-familjari u l-ħbieb tagħna. Imma għalkemm dan il-kliem jidher iebes u li jdaħħalna f'qoxortna. l-Mulej trid aħna nkun kapaċi biex nilqgħu s-sejħat tiegħu. Għax kemm-il darba, ħabib, fil-ħajja tagħna għidna li rridu nkunu ta' Ġesu', imbagħad jiġu ċirkustanzi li jtelfuna t-triq? Kemm jiġu okkażjonijiet li nippreferu dak li huwa eħfef fil-ħajja tagħna? Kemm jiġu waqtiet li forsi nintilfu fuq xi ħaġa jew fuq xi ħadd? Kemm nippreferu li inħarsu lejn dak li jaljenana u forsi jwaqqana f'xewqat li jġgħaluna nagħmlu allat oħra minflok il-Mulej Alla tagħna li jħobbna u li dejjem ikun magħna!
Ġesu' jridna nkunu sodi u mhux qasba tixxejjer ma kull buffura riħ! Ġesu' jrid li l-ewwel naħsbuha sewwa qabel ma nidħlu biex nibdew 'it-triq' iebsa li twassal sal-bieb id-dejjaq! It-triq m'hijiex faċli, iridu nerfgħu s-salib tagħna kuljum! U mhux dejjem dan is-salib huwa ħafif; għax is-salib xi drabi nħossuh tqil u ġieli wkoll naqgħu taħt it-toqol tiegħu. Imma jekk aħna nkunu sodi fil-fidi, l-imħabba u t-tama fil-Mulej, allura iva, HU s-salib tagħna jagħmlu 'ħelu u ħafif'. Ġesu' lilna li jħobbna, kif qrajna ftit ilu: "Alla jwissi lil min iħobb!" U hekk qiegħed jagħmel magħna llum!
Ġesu' jkellimna bl-eżempji: jekk wieħed jixtieq jibni dar l-ewwel jara jekk għandux mezzi biex jasal, għax jekk le, jaqa' għaċ-ċajt man-nies; l-istess jekk wieħed sultan se jmur għal gwerra jrid jaħsibha sew għax jekk hu għandu 10,000 suldat kif jista' jeħodha ma minn għandu 20,000?
Ġesu' jgħidlna li biex inkunu dixxipli tiegħu rridu niċċaħdu minn dak li jista' jbegħdna minnu! Għax aħna ma nistgħux nifhmu t-triqat tal-Mulej, kif naqraw fl-Ewwel Lezzjoni mill-Ktieb tal-Għerf: 'Min jista' jagħraf il-ħsieb ta' Alla? Min jista' jifhem x'irid il-Mulej?' Waqt li l-Awtur ikompli jistaqsi: "Min qatt għaraf ir-rieda tiegħek, jekk int innifsek ma tajtux l-għerf,u ma bgħattx fuqu mill-għoli l-ispirtu qaddis tiegħek?" Imma jagħlaq din is-silta b'messaġġ ta' kuraġġ: 'Hekk saru dritti triqatin-nies ta' l-art,hekk tgħallmu l-bnedmin dak li jogħġob lilek, u salvaw bis-saħħa tal-għerf."
Hekk ukoll, ħabib, fit-Tieni Lezzjoni mill-Ittra ta' San Pawl lil ħabib tiegħu Filemon, (forsi din hija l-unika ittra personali li l-Appostlu kiteb) iħħeġġeġu biex jilqa' għandu lill-ilsir li kien ħarab mingħandu u li għamel żmien jieħu ħsieb u jgħinu waqt li kien qiegħed priġunier f'Ruma. San Pawl iħħeġġeġu biex jilqa' lil Oneżimu mhux aktar bħala lsir imma bħala ħuħ fi Kristu Ġesu'. Kemm forsi kienet iebsa għal Filemon li jaħfer lil dan l-ilsir li kien ħarablu biex flok jagħtih il-kastig li skond il-liġi ta' dak iżmien kien ħaqqu, minflok jilqgħu f'daru bħala mhux biss raġel ħieles imma aktar minn hekk, jilqgħu bħala ħuħ! Din hi ċċaħħda li kellu jagħmel Filemon, għall-imħabba ta' Kristu Ġesu'!
Kemm aħna wkoll matul il-ħajja tagħna fuq din l-art ikollna niċċaħħdu minn ħwejjeġ li nkunu nixtiequ, għall-imħabba ta' dan l-Imgħallem tagħna! Dan l-Imgħallem li ħa l-mewt fuq is-Salib biex aħna ġejna meħlusin mill-jasar tad-dnub.
Iva, ħabib, il-ħajja tan-nisrani li jagħżel li jimxi wara dan il-Mulej, ta' qalb ħelwa u umli, hija li aħna niċċaħdu minn dak kollu li jista' jbegħdna mis-sewwa. Għax in-nisrani jrid jgħix il-ħajja taż-żmien f'din id-dinja bla ma jkun tad-dinja, biex ħarstu tkun dejjem fil-Mulej Alla tagħna.
Ħabib, il-qawwa tagħna tiġi mill-Mulej! U llum aħna nduru lejn dan il-Mulej Alla tagħna u nitolbuH iħenn għalina u jkun Hu l-Kenn għalina; u mas-Salmista nitolbuH: "Imliena kmieni bit-tjieba tiegħek, biex nifirħu u nithennew ħajjitna kollha. Ħa tkun fuqna l-grazzja ta' Alla Sidna! Wettqilna inti x-xogħol ta' idejna, wettaq, iva, xogħol idiejna, Mulej, waqt li tħenn għall-qaddej umli tiegħek, urini t-Triq li twassalni għal għandek, Mulej, aħfirli n-nuqqasijiet tiegħi għax inti taf, Mulej, li jien dgħajjef, agħtini l-grazzja biex inkun dejjem tiegħek, imlieni Mulej, biK, biex illum inkompli l-konverżjoni tiegħi sal-aħħar, sa dak il-jum, Mulej, li Inti ssejjaħli biex niltaqa' miegħek fil-Glorja ta' dejjem. Ammen!